3.7. Il-ftehimiet internazzjonali
Ftehimiet internazzjonali jistgħu jkunu preċeduti b’att ta’ leġiżlazzjoni sekondarja, li ġeneralment japprovahom. Dawn jiġu “mehmuża” (u mhux “annessi”) ma’ dan l-att (deċiżjoni jew regolament).
Peress li dawn l-atti jkunu ffirmati minn pajjiżi terzi, mhuwiex permess li jsiru bidliet fit-test ta’ dawn l-atti.
Fil-ftehimiet internazzjonali, eċċ. tinkiteb id-data sħiħa fi kliem (ara t-Taqsima 2.5).