3.5. Elenkar
3.5.1. Punti elenkati — punteġġatura
1. Jekk id-diversi punti f’lista jkunu ppreċeduti minn frażi introduttorja, il-frażi tispiċċa b’żewġ punti, anki jekk tintroduċi frażi introduttorja oħra:
Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 huwa emendat kif ġej:1.L-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:(a)il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:(i)il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:“(c)il-post ta’ stabbiliment […]:”
2. Jekk il-punti elenkati jkunu ppreċeduti b’ċifra jew ittra, il-punti jiġu sseparati b’punt u virgola:
B’mod partikolari, dan li ġej m’għandux ikun kopert bit-12-il inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 77/388/KEE:1.servizzi ta’ trażmissjoni bir-radju u t-televiżjoni kif imsemmi fil-11-il inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 77/388/KEE;2.servizzi ta’ telekomunikazzjoni […];3.provvisti tal-prodotti u servizzi li ġejjin:(a)prodotti, fejn l-ordni u l-ipproċessar tagħhom isir b’mod elettroniku;(b)CD-ROMs […];
3. Jekk il-punti elenkati jkunu preċeduti b’sing, dawn il-punti jiġu sseparati b’virgola:
Ir-riduzzjoni ta’ 1 % kull ġurnata tax-xogħol kif previst fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 m’għandhiex tapplika għal applikazzjonijiet singoli jew għal emendi għalihom imressqa sa:[…].—is-6 ta’ Ġunju 2005 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Gujana Franċiża,—id-19 ta’ Ġunju 2005 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Martinique,
4. Fit-tabelli, listi jew annessi, il-punteġġatura tista’ tintuża jew ma tintużax wara l-punti elenkati.
3.5.2. Elenkar ta’ atti
Meta jsiru listi ta’ atti, la l-isem tal-istituzzjoni li qed tadotta u lanqas it-tip ta’ att ma jerġa’ jiġi rripetut jekk ikun identiku, u n-numru sekwenzjali jsegwi l-awtur:
Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalogi nazzjonali tagħhom jikkonformaw […]
(3)ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7.(4)ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11.
Fil-każ tar-regolamenti, l-abbrevjazzjoni(jiet) tat-Trattat(i) jiġu rrepetuti qabel kull numru, għax dawn huma parti integrali min-numru tal-att:
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/89/UE tad-9 ta’ Frar 2010 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lil ċerti stabbilimenti għal-laħam, prodotti tas-sajd u prodotti mill-bajd u l-imħażen imkessħa fir-Rumanija.
Id-Direttivi 94/35/KE u 94/36/KE […]
Preferibbilment l-atti jiġu ċċitati f’ordni kronoloġiku.



