ISSN 1831-1831-5380
Avviż legali | Mappa tas-sit | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

3.1. Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali

Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali jistgħu jsiru bi tliet modi differenti:

Il-forma t-twila

Il-forma t-twila hija: Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (korsiv)

Tintuża:

(a)
fit-test, pereżempju:
Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ membri supplenti għandhom jinħatru mill-Bord Maniġerjali tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta’ interess ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.
(b)
fil-formulazzjoni tad-dħul fis-seħħ ta’ att:
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(c)
fir-rettifiki bħala referenza għall-Ġurnal Uffiċjali oriġinali kkonċernat (ara wkoll “Il-forma mqassra”).
NB:
Jekk issir referenza għal pubblikazzjonijiet maħruġa qabel jew fil-31 ta’ Jannar 2003, ir-referenza għandha ssir għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-forma l-qasira

Il-forma l-qasira hija: Il-Ġurnal Uffiċjali (mhux korsiv)

Tintuża:

(a)
fin-noti ta’ qiegħ il-paġna kif ġej:
(1) Ara l-paġna … ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Għadu/għadha mhux/mhix ippubblikat/a fil-Ġurnal Uffiċjali.
(b)
f’testi inqas formali.

Il-forma mqassra

Il-forma mqassra hija: ĠU L, ĠU C, ĠU C … A, ĠU C … E.

Tintuża:

(a)
fin-noti ta’ qiegħ il-paġna li jirreferu għal ħarġiet tal-Ġurnal Uffiċjali:
(1) ĠU L 222, 20.8.2008, p. 1.
(2) ĠU C 48 A, 24.2.2005.
(b)
fit-tabelli:
ĠU L 345, 23.12.2009, p. 18.
(c)
fil-werrej fuq il-qoxra ta’ quddiem tar-rettifika, jintużaw il-forom imqassra fil-parentesi (ara wkoll “Il-forma t-twila”).
NB:

Ir-referenzi għall-Ġurnal Uffiċjali nbidlu matul iż-żminijiet, hekk kif bdew jiġu ppubblikati serjejiet ġodda:

qabel l-1 ta’ Lulju 1967, il-paġinazzjoni kienet kontinwa u warajha kien ikun hemm l-aħħar żewġ ċifri tas-sena kalendarja li fih ġie stampat il-ġurnal:
ĠU 106, 30.10.1962, p. 2553/62.
mill-1 ta’ Lulju 1967, kull Ġurnal Uffiċjali kien jibda minn paġna 1:
ĠU 174, 31.7.1967, p. 1.
mill-1 ta’ Jannar 1968, inħolqu s-serjejiet L u C:
ĠU L 32, 6.2.1968, p. 6.
ĠU C 1, 12.1.1968, p. 1.
fl-1 ta’ Jannar 1978, inħolqot is-serje S:
ĠU S 1, 7.1.1978, p. 1.
fil-bidu tal-1991, inħolqot is-serje C … A:
ĠU C 291 A, 8.11.1991, p. 1.
fil-31 ta’ Awwissu 1999, inħolqot is-serje C … E:
ĠU C 247 E, 31.8.1999, p. 28.
Data tal-aħħar aġġornament: 30.11.2011
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss