ISSN 1831-5380
Avviż legali | Mappa tas-sit | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

2.4. Il-kwalità obbligatorja tar-regolamenti (il-formula tal-għeluq)

Fir-regolamenti, wara l-artikolu finali, tintuża din il-formula:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
jew
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati. (Din il-formula tintuża meta r-regolament ma japplikax għal u fl-Istati Membri kollha (pereżempju, Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro (ara, pereżempju, ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kooperazzjoni mtejba, eċċ.)).

Din is-sentenza ma tiffurmax parti mill-aħħar artikolu u ssegwi preżentazzjoni tipografika speċjali, ara l-Visual Guide — Official Journal Typographical Rules.

Data tal-aħħar aġġornament: 30.11.2011
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss