ISSN 1831-1831-5380
Avviż legali | Mappa tas-sit | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

2.3. L-artikoli (termini ta’ promulgazzjoni)

(a)

Informazzjoni ġenerali

It-termini ta’ promulgazzjoni, li jikkostitwixxu l-parti normattiva tal-att, jinqasmu f’artikoli. Fejn it-termini ta’ promulgazzjoni huma sempliċi, dawn jitqiegħdu f’“Artikolu Uniku”.

NB:
Meta att ikun fih iktar minn artikolu wieħed, l-artikoli jiġu numerati wara xulxin tul id-dokument kollu (Artikolu 1, Artikolu 2, Artikolu 3, eċċ.). In-numerazzjoni trid tkun kontinwa mill-bidu sal-aħħar tat-termini ta’ promulgazzjoni.

L-artikoli jistgħu jiġu raggruppati f’ “partijiet”, “titoli”, “kapitoli” u “taqsimiet” (ara t-tabella fit-Taqsima 2.7).

Kull artikolu jista’ jkun suddiviż f’paragrafi, subparagrafi, punti, inċiżi u sentenzi.

Il-paragrafi u s-subparagrafi jistgħu ma jkunux numerati jew ikunu numerati permezz ta’ numri Għarab u jista’ jkollhom punti jew inċiżi, li jistgħu jkunu preċeduti minn sing. (Għat-terminoloġija tad-diversi partijiet ta’ artikolu, ara d-dijagramma fit-Taqsima 2, Taqsima 2.7 u d-dijagramma “Tabelli ta’ Sommarju: L-Istruttura ta’ att legali”).

NB:

Bil-Franċiż, paragrafi numerati jissejħu “paragraphe” u paragrafi mhux innumerati jissejħu “alinéa”.

(b)

L-Artikolu finali (fid-direttivi u d-deċiżjonijiet)

Fid-direttivi u, fejn ikun il-każ, id-deċiżjonijiet, l-aħħar artikolu jispeċifika d-destinatarji.

Direttivi
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
jew
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
(F’każ fejn id-direttiva mhijiex indirizzata lill-Istati Membri kollha: Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, eċċ.).
jew
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri li [pereżempju: għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmi fl-Artikolu 1(1)].
jew
Din id-Direttiva hija indirizzata lil [l-isem (uffiċjali) sħiħ tal-Istat(i) Membru/i].
Deċiżjonijiet
deċiżjonijiet indirizzati lill-Istati Membri kollha:
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

deċiżjonijiet indirizzati lil Stati Membri speċifiċi:

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
jew
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil [l-isem (uffiċjali) sħiħ tal-Istat(i) Membru/i].
deċiżjonijiet indirizzati lil entitajiet speċifiċi:
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil [l-isem sħiħ u l-indirizz tal-entità].
NB:
Dawn huma l-ismijiet sħaħ, fl-ordni tal-protokoll, tal-Istati Membri li jintużaw (ara t-Taqsima 7.1.1):
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Taljana u lir-Rumanija.
L-aħħar artikolu tal-linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew jindika wkoll l-indirizzati:
Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema
Data tal-aħħar aġġornament: 27.5.2014
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss