ISSN 1831-5380
Mappa tas-sit | Avviż legali | L-Cookies | FAQ | Kuntatt | Ipprintja l-paġna

2.2. Preambolu (il-konsiderazzjonijiet u l-premessi)

Il-“preambolu” huwa kull ma jiddaħħal bejn it-titolu u t-termini ta’ promulgazzjoni tal-att.

(a)

Konsiderazzjonijiet

Il-konsiderazzjonijiet jindikaw, fl-ordni li ġej:

1.
il-bażi legali għall-att:
(a)
atti ta’ leġiżlazzjoni primarja (it-trattati, l-atti ta’ adeżjoni, protokolli annessi għat-Trattati) u ftehimiet internazzjonali (ftehimiet, protokolli, konvenzjonijiet) li jikkostitwixxu l-bażi ġenerali għat-test inkwistjoni.

Wara li kkonsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea [u b’mod partikolari l-Artikolu/Artikoli … tiegħu],

Wara li kkonsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea [u b’mod partikolari l-Artikolu/Artikoli … tiegħu],

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika [u b’mod partikolari l-Artikolu/Artikoli … tiegħu],

Wara li kkonsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja,

L-abbrevjazzjoni tat-Trattat/i ma tissemmiex.

Jekk tkun qed issir referenza għal iktar minn trattat wieħed, dawn għandhom jiġu ċċitati f’linji separati, b’dan l-ordni: it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

L-atti primarji jiġu ċċitati mingħajr referenza f’nota ta’ qiegħ il-paġna. Ftehimiet internazzjonali u protokolli għal ftehimiet internazzjonali jistgħu jiġu ċċitati fil-forma qasira tagħhom b’referenza f’nota ta’ qiegħ il-paġna.

(b)
fejn ikun il-każ, il-leġiżlazzjoni sekondarja li tikkostitwixxi l-bażi speċifika tat-test. It-titolu sħiħ ta’ dan it-tip ta’ leġiżlazzjoni jiġi segwit b’referenza għall-Ġurnal Uffiċjali fejn ikunu ġew ippubblikati:

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbuta mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

[…]

(1)
ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.
2.
l-atti preparatorji (eż. proposti, inizjattivi, talbiet, rakkomandazzjonijiet, approvazzjoni­jiet jew opinjonijiet previsti fit-Trattati) possibilment segwiti b’referenza għal nota ta’ qiegħ il-paġna:
Wara li kkonsidrat il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkonsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkonsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

[…]

(1)
L-opinjoni tal-5 ta’ Mejju 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2)
L-opinjoni tas-17 ta’ Frar 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

F’dawk il-każijiet fejn it-Trattat ikun jeħtieġ li istituzzjoni jew korp jiġi kkonsultat, u l-konsultazzjoni tirriżulta f’opinjoni, il-konsiderazzjoni korrispondenti jkollha l-kliem “Wara li kkonsidrat l-opinjoni ta’…”, segwita b’nota ta’ qiegħ il-paġna li jkun fiha r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali, jew, jekk dan ma jseħħx, il-kliem “Opinjoni ta’ [data] (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).”.

F’dawk il-każijiet fejn it-Trattat ikun jeħtieġ li istituzzjoni jew korp jiġi kkonsultat, imma fejn il-konsultazzjoni ma tirriżultax f’opinjoni, il-konsiderazzjoni korrispondenti jkollha l-kliem “Wara li kkonsidrat …” (mingħajr ma tkun segwita b’referenza għal nota ta’ qiegħ il-paġna u mingħajr l-ebda preċiżazzjoni oħra).

3.
fl-atti leġiżlattivi:
(a)
it-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali:
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
(b)
i l-proċedura segwita:
(i)
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

[…]

(3)
Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2009 (ĠU C 87 E,1.4.2010, p. 191) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-15 ta’ Frar 2010 (ĠU C 107 E, 27.4.2010, p. 1). Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Lulju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2010.
(ii)
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, mal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni:

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fl-24 ta’ Jannar 2011 (2),

[…]

(2)
Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2009 (ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 312), il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-11 ta’ Marzu 2010 (ĠU C 122 E, 11.5.2010, p. 1), il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2010 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Jannar 2011 u r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(iii)
proċedura leġiżlattiva speċjali:
Filwaqt li jaġixxu skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Il-konsiderazzjonijiet jibdew b’ittra kapitali u jispiċċaw b’virgola.

(b)

Premessi

Il-Premessi jagħtu r-raġunijiet għall-kontenut tat-termini ta’ promulgazzjoni (ngħidu aħna, l-artikoli) ta’ att.

Il-premessi jibdew bil-kelma “Billi:”. Huma numerati u kull sentenza f’kull premessa tibda b’ittra kapitali u tispiċċa b’punt, ħlief l-aħħar sentenza tal-aħħar premessa, li tispiċċa b’virgola.

(a) Il-Premessi huma ppreżentati kif ġej:

Billi:
(1)
Ir-Regolament (KE) Nru 763/2008 jistabbilixxi regoli komuni għall-provvista, kull għaxar snin, ta’ dejta komprensiva dwar il-popolazzjoni u d-djar
(2)
Sabiex tkun tista’ tiġi vvalutata l-kwalità tad-dejta trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-Istati Membri, hemm bżonn li jiġu definiti l-modalitajiet u l-istruttura tal-kwalità ta’ implimentazzjoni.
 
(4)
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

Fit-test, il-premessi jiġu ċċitati kif ġej (ċifri mingħajr parentesijiet):

premessa 1, premessa 2, eċċ.

(b) Fil-każijiet fejn ikun hemm biss premessa waħda, ma jsirx inċiż jew numerazzjoni. “Billi:” tkun f’linja għaliha. Il-premessa tagħlaq b’virgola:

Billi:
Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall- prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
NB:

Sas-6 ta’ Frar 2000, il-premessi kienu jibdew b’ittra kapitali u jispiċċaw b’punt u virgola (dan il-metodu ta’ kif jintwerew il-premessi għadu jintuża f’ċerti atti tal-Kunsill):

Billi l-Kummissjoni …; (għall-ewwel premessa u dawk li jiġu warajha)
Billi l-opinjoni …, (għall-aħħar premessa)

Peress li dawn il-premessi ma kinux numerati, kienet issir referenza għalihom bħala l-ewwel, it-tieni u t-tielet premessa, eċċ. F’xi testi (b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-anti-dumping), il-premessi kienu jibdew bil-kelma “Billi:”, il-premessi kienu jkunu numerati u kull premessa kellha ittra kapitali fil-bidu u punt fl-aħħar (li saret il-prattika ġenerali).

Kien hemm perjodu ta’ tranżizzjoni bejn Diċembru 1998 u s-6 ta’ Frar 2000 fejn iż-żewġ tipi ta’ strutturi tal-premessi kienu aċċettati.

Fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali, ippubblikati fis-serje L, il-premessi jiġu preċeduti b’sing u, minflok numru, il-premessi jingħataw ittra:
wara li kkunsidra l-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill […],
A.
billi l-Kulleġġ […],
B.
billi fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ […], il-Qorti tal- Awdituri […],
Data tal-aħħar aġġornament: 2.12.2014
It-tarf ta’ fuq tal-paġna
Il-paġna ta’ qabelIl-paġna li jmiss