2.1. It-titolu
It-titolu sħiħ ta’ att ikun fih:
—
it-tip ta’ att (regolament, direttiva, eċċ.),
—
in-numru (l-abbrevjazzjonijiet applikabbli (“UE”, “Euratom”, “UE, Euratom”, “PESK”), in-numru tal-att u s-sena),
—
l-isem tal-istituzzjoni(jiet) jew korp li adotta l-att,
—
id-data tal-firma għal atti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien, u d-data tal-adozzjoni għall-atti l-oħrajn kollha,
—
indikazzjoni konċiża tas-suġġett.
Ir-regoli li għandhom jiġu segwiti biex issir referenza għal titolu huma elenkati fit-Taqsima 3.2.
Jekk it-titolu ta’ xi att jiġi emendat b’att ieħor jew huwa s-suġġett ta’ rettifika, it-titolu emendat jew ikkoreġut, minn hemm ’il quddiem, għandu jiġi dejjem iċċitat.
NB:
Fl-ewwel paġna ta’ att, it-terminu “kodifikazzjoni” jew “riformulazzjoni” jista’ jidher taħt it-titolu. Dan it-terminu, dejjem b’ittri żgħar u b’tipa grassa, jitqiegħed taħt it-titolu, fil-parentesi. Qatt ma jkun jidher fil-werrej fuq il-paġna tal-qoxra u ma jissemmiex fir-referenzi għall-att inkwistjoni.



