1.2.3. Il-kontenut
L I — L-atti leġiżlattivi
(a) Regolamenti
F’din it-taqsima nsibu regolamenti adottati b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (il-proċedura leġiżlattiva ordinarja), jew individwalment minn waħda miż-żewġ istituzzjonijiet, bil-parteċipazzjoni tal-istituzzjoni l-oħra (proċedura leġiżlattiva speċjali).
Ir-Regolament (UE) Nru 265/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Numerazzjoni
Dawn l-atti huma numerati kif ġej: l-abbrevjazzjoni (fil-parentesijiet), segwit bin-numru sekwenzjali u s-sena:
Ir-Regolament (UE) Nru 641/2010
In-numerazzjoni tar-regolamenti evolviet matul iż-żmien. Id-diversi stadji huma:
Ir-Regolament Nru 17
Ir-Regolament Nru 1009/67/KE
Ir-Regolament (KEE) Nru 1470/68
Ir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76
Ir-Regolament (KE) Nru 3031/93
Ir-Regolament (KE) Nru 2729/1999
Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2009
(b) Direttivi
F’din it-taqsima nsibu direttivi adottati jew mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien (il-proċedura leġiżlattiva ordinarja), jew individwalment mill-Kunsill, bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew (proċedura leġiżlattiva speċjali):
Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE
Numerazzjoni
Dawn l-atti huma numerati kif ġej: is-sena, segwita bin-numru sekwenzjali u l-abbrevjazzjoni:
Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/12/UE
Dawn in-numri jingħataw mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. In-numru jingħata wara l-adozzjoni, mhux bħall-atti l-oħra kollha, li jingħataw numru mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet meta jiġu ppubblikati.
L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE
(c) Deċiżjonijiet
F’din it-taqsima nsibu deċiżjonijiet adottati jew mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien (il-proċedura leġiżlattiva ordinarja), jew individwalment mill-Kunsill, bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew (proċedura leġiżlattiva speċjali):
Id-Deċiżjoni Nru 284/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 448/2011/UE
Numerazzjoni
Dawn l-atti huma numerati kif ġej: in-numru sekwenzjali, segwit mis-sena u l-inizjali:
Id-Deċiżjoni Nru 477/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
In-numru sekwenzjali jiġi qabel is-sena (filwaqt li huwa l-kuntrarju għal deċiżjonijiet mhux leġiżlattivi: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/294/UE).
Ukoll, id-deċiżjonijiet adottati skont proċedura leġiżlattiva għandhom jingħataw numru mill-istess serje ta’ klassifikazzjoni ta’ dawk tar-regolamenti leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi (Id-Deċiżjoni Nru 646/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill […], ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 478/2010, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 479/2010).
(d) Baġits
Il-baġits ġenerali u l-baġits emendatorji tal-Unjoni Ewropea, preċeduti b’att li jadottahom definittivament, jiġu ppubblikati f’din it-taqsima:
L-Adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010
L-Adozzjoni definittiva tal-baġit emendatorju Nru 1 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010
Numerazzjoni
L-adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali u tal-baġits emendatorji jkollhom numru sekwenzjali fil-werrej u fil-paġna tat-titolu (pereżempju, “2010/117/UE, Euratom”). Il-baġit ġenerali nnifsu ma jġorr miegħu l-ebda numru, filwaqt li l-baġits emendatorji jkollhom numru assenjat mill-awtur:
Il-baġit emendatorju Nru 2 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010
L II — Atti mhux leġiżlattivi
(a) Ftehimiet internazzjonali
F’din it-taqsima nsibu:
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/412/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jestendi għall-miżuri doganali ta’ sigurtà l-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra
Protokoll li jestendi għall-miżuri doganali ta’ sigurtà l-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipat ta’ Andorra
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/616/UE tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali
Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Barbados dwar it-tneħħija ta’ viżi għal soġġorn qasir
F’dan il-kuntest, “Ftehimiet internazzjonali” jinkludu dawk il-ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u/jew il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, konvenzjonijiet iffirmati mill-Istati Membri, ftehimiet, konvenzjonijiet u protokolli stabbiliti mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, ftehimiet interni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, ftehimiet f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri, eċċ.
Numerazzjoni
Il-ftehimiet, kif imfissra aktar ’il fuq, ma għandhomx numru.
(b) Regolamenti
F’din it-taqsima nsibu ċerti regolamenti tal-Kunsill (regolamenti bbażati direttament fuq it-Trattati u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni), regolamenti tal-Kummissjoni (regolamenti bbażati direttament fuq it-Trattati, ir-regolamenti ta’ delega u ta’ implimentazzjoni) u regolamenti tal-Bank Ċentrali Ewropew:
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 270/2010
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011
Ir-Regolament (UE) Nru 674/2010 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/7)
Numerazzjoni
Dawn l-atti huma numerati kif ġej: abbrevjazzjoni, segwita bin-numru sekwenzjali u s-sena.
(c) Direttivi
F’din it-taqsima nsibu ċerti direttivi tal-Kunsill (direttivi bbażati direttament fuq it-Trattati u direttivi ta’ implimentazzjoni) u direttivi tal-Kummissjoni (direttivi bbażati direttament fuq it-Trattati u direttivi ta’ delega u ta’ implimentazzjoni):
Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/38/UE
Numerazzjoni
Dawn l-atti huma numerati kif ġej: sena, segwita min-numru sekwenzjali u l-inizjali.
(d) Deċiżjonijiet
Id-deċiżjonijiet ippubblikati f’din it-taqsima huma:
Id-Deċiżjoni 2010/400/UE tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea
Id-Deċiżjoni 2010/465/UE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqa’ fi ħdan il-Kunsill, tal-24 ta’ Ġunju 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra
Id-Deċiżjoni 2010/349/UE meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri
Id-Deċiżjoni 2010/86/UE, Euratom tal-Parlament Ewropew
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/594/UE
Id-Deċiżjoni 2010/340/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/73/UE
Id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill 2010/99/UE
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/199/PESK
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/269/UE
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni 2011/321/UE
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/17 tal-Bank Ċentrali Ewropew
Numerazzjoni (deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u linji gwida)
Dawn l-atti jiġu numerati hekk: sena, segwita bin-numru sekwenzjali u l-akronimu (pereżempju, “2010/361/UE”).
It-testi tal-BĊE, li jkun diġà ngħatalhom numru mill-istituzzjoni (“BĊE/2010/5”), jiġu ppubblikati b’numerazzjoni doppja (ara t-Taqsima 1.2.2, “Numerazzjoni doppja”).
(e) Rakkomandazzjonijiet
F’din it-taqsima nsibu rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skont l-Artikoli 121, 126, 140 u 292 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni (l-Artikolu 292) u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (l-Artikolu 292):
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2010/190/UE
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/379/UE
Rakkomandazzjonijiet oħra jiġu ppubblikati fis-serje C.
Numerazzjoni
Ara hawn fuq, “Numerazzjoni (deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u linji gwida)”.
(f) Linji gwida
F’din it-taqsima nsibu linji gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew:
Il-Linja gwida BĊE/2010/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew
Numerazzjoni
Ara hawn fuq, “Numerazzjoni (deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u linji gwida)”.
(g) Regoli ta’ proċedura
Dan jikkonċerna r-regoli ta’ proċedura tal-istituzzjonijiet u l-korpi; ir-regoli ta’ proċedura tal-uffiċċji u l-aġenziji li jiġu ppubblikati fis-serje C.
Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Kumitat tar-Reġjuni
Emendi għall-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali
Jekk ir-regoli ta’ proċedura jiġu annessi ma’ xi att, dawn jiġu ppubblikati taħt l-istess taqsima tal-att:
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/138/UE, Euratom tal-24 ta’ Frar 2010 li temenda r-Regolament Intern tagħha
Numerazzjoni
Ir-regoli ta’ proċedura mhumiex numerati.
(h) Atti adottati minn korpi stabbiliti permezz ta’ ftehimiet internazzjonali
F’din it-taqsima nsibu d-deċiżjonijiet tal-korpi stabbiliti permezz ta’ ftehimiet internazzjonali, kif ukoll ir-regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE).
Id-Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tad-19 ta’ Marzu 2010 dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)
Id-Deċiżjoni Nru 1/2010 tal-kumitat konġunt bejn il-Komunità u l-Isvizzera għat-Trasport bl-Ajru Stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tas-7 ta’ April 2010 li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera tat-Trasport bl-Ajru
Ir-Regolament Nru 28 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ apparati li jagħtu twissija li tinstema’ u l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-magna fir-rigward tas-sinjali tagħhom li jinstemgħu
Numerazzjoni
Dawn l-atti, bl-eċċezzjoni tar-regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE), għandhom numerazzjoni doppja (ara wkoll it-Taqsima 1.2.2, “Numerazzjoni doppja”).
L III — Atti oħrajn
Iż-Żona Ekonomika Ewropea
F’din it-taqsima nsibu l-atti adottati fil-qafas taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA):
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2010
Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 02/10/COL
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 1/2010/SC
Numerazzjoni
Dawn l-atti huma numerati mill-awtur biss.
Fl-atti li joriġinaw mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), is-sena msemmija fin-numru tal-att ikun fiha biss żewġ ċifri: 302/08/COL (“COL” tirreferi għall-Kulleġġ tal-Awtorità ta’ Sorveljanza).
L IV — Atti adottati qabel l-1 ta’ Diċembru 2009 taħt it-Trattat KE, it-Trattat UE u t-Trattat Euratom
Din it-taqsima qiegħda titħalla temporanjament għall-pubblikazzjoni ta’ atti adottati qabel l-1 ta’ Diċembru 2009, konformi mat-Trattat KE, it-Trattat UE u t-Trattat Euratom.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/16/PESK/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data ta’ Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu.
Rettifiki
Ir-rettifiki dejjem jiġu fl-aħħar tal-Ġurnal Uffiċjali peress li jistgħu jidhru biss f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi u li t-tul u l-kontenut tagħhom jista’ jvarja minn verżjoni ta’ lingwa għal oħra (din hi l-unika taqsima tal-Ġurnal Uffiċjali li mhix sinottika). Ir-rettifiki ma jingħatawx numru:
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (ĠU L 348, 24.12.2008)



