1.2.2. In-numerazzjoni tal-atti
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jipprovdi n-numerazzjoni (ħlief fil-każ tad-direttivi, li ilhom jingħataw numru mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill mill-1 ta’ Jannar 1992).
Numerazzjoni
In-numru ta’ att hu magħmul minn tliet elementi:
Id-Deċiżjoni Nru 862/2010/UE
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009
Id-Deċiżjoni 2010/1/UE
Id-Deċiżjoni 2010/212/PESK
L-abbrevjazzjonijiet li jirreferu għat-trattati nbidlu matul iż-żminijiet, hekk kif ġew adottati trattati ġodda u emendi għat-trattati:
Il-prinċipji ġenerali
In-numerazzjoni tal-atti ssegwi żewġ prinċipji ġenerali:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2010
Deċiżjoni Nru 284/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Madankollu, meta s-sena tiġi qabel in-numru sekwenzjali, l-abbrevjazzjoni “Nru” ma tintużax:
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/300/UE
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 23/1999
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/294/UE
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2820/98
Numerazzjoni doppja
Ċerti atti jista’ jkollhom żewġ numri:
Dan jiġri fil-każ ta’ atti tal-Bank Ċentrali Ewropew, Deċiżjonijiet tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, deċiżjonijiet tad-diversi Kunsilli u kumitati maħluqa permezz ta’ ftehimiet internazzjonali (bħal, pereżempju, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE, eċċ.).
Bħalissa, meta jiġu ċċitati atti tal-BĊE, dawn ir-regoli japplikaw:
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 1745/2003 tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9) (1),
Eesti Pank diġà ħallas parti minn sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/28 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro (1).
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2010/6 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Lulju 2010 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (1),
Numerazzjoni attribwita mill-awtur
Atti li jirrigwardaw iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u regolamenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) għandhom biss numru assenjat mill-awtur:
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2010
Ir-Regolament Nru 23 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE)
Atti u testi oħrajn mhux numerati
Hemm xi atti u testi oħra li ma jkunux numerati, bħal:



