1.2. Is-serje L
1.2.1. Il-klassifikazzjoni tal-atti
L-ordni u t-titolu tat-taqsimiet u tas-suddiviżjonijiet jinsabu fil-lista ta’ hawn taħt (ara wkoll EUR-Lex
u Visual Guide — Official Journal typographical rules
).
Il-Ġurnal Uffiċjali — serje L
L I — Atti leġiżlattivi
—
Regolamenti
—
Direttivi
—
Deċiżjonijiet
—
Baġits
L II — Atti mhux leġiżlattivi
—
Ftehimiet internazzjonali
—
Regolamenti
—
Direttivi
—
Deċiżjonijiet
—
Rakkomandazzjonijiet
—
Linji gwida
—
Regoli ta’ proċedura
—
Atti adottati minn korpi stabbiliti permezz ta’ ftehimiet internazzjonali
—
Ftehimiet interistituzzjonali
L III — Atti oħrajn
—
Iż-Żona Ekonomika Ewropea
L IV — Atti adottati qabel l-1 ta’ Diċembru 2009 skont it-Trattat KE, it-Trattat UE u t-Trattat Euratom
NB:
—
L-ordni li fih l-awturi jidhru f’kull taqsima (“Regolamenti”, “Direttivi”, eċċ.) jinsab
fit-Taqsima 3.4.2.
—
Fit-Taqsima L II, fir-“Regolamenti”, fid-“Direttivi” u fid-“Deċiżjonijiet”,
skont l-ordni msemmi aktar ’il fuq u għall-awturi kkonċernati, l-atti jiġu kklassifikati
f’dan l-ordni: 1. atti bbażati direttament fuq
it-Trattat; 2. atti
ddelegati; 3. atti ta’ implimentazzjoni (għal eżempji, ara “
Tabelli ta’
Sommarju”).
Taqsimiet
L-atti ppubblikati fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali huma maqsumin f’diversi taqsimiet: L I, L II, L III u L IV.
L I — Atti leġiżlattivi
Din it-taqsima tiġbor fiha l-“atti leġiżlattivi” skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri r-regolamenti, id-direttivi u d-deċiżjonijiet li jiġu adottati:
—
bil-“proċedura leġiżlattiva ordinarja” (l-adozzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill),
—
bi “proċedura leġiżlattiva speċjali” (adottata mill-Kunsill bil-parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew jew adottata mill-Parlament Ewropew bil-parteċipazzjoni tal-Kunsill).
L I jiġbor fih ukoll il-baġit tal-Unjoni Ewropea (kif ukoll kull baġit emendatorju relatat), kif ikun adottat skont proċedura leġiżlattiva speċjali.
NB:
Qabel l-1 ta’ Diċembru 2009, il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea kien jiġi ppubblikat fit-Taqsima L II, bit-titolu “Adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea”. Barra minn hekk, id-dikjarazzjonijiet tad-dħul u n-nefqa tal-aġenziji li kienu jiġu ppubblikati fis-serje L issa jinsabu fis-serje C.
L II — Atti mhux leġiżlattivi
Din it-taqsima tiġbor fiha l-“atti mhux leġiżlattivi” skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea: ir-regolamenti, id-direttivi u d-deċiżjonijiet li ma jkunux adottati bi proċedura leġiżlattiva, (l-atti delegati (l-Artikolu 290), l-atti ta’ implimentazzjoni (l-Artikolu 291) u l-atti bbażati direttament fuq it-Trattat (atti li jirreferu għal ftehimiet internazzjonali, deċiżjonijiet PESK, eċċ.)), kif ukoll atti oħrajn, bħal ma huma r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tal-BĊE.
L III — Atti oħrajn
Din it-taqsima tiġbor “atti oħrajn”, bħal dawk taż-Żona Ekonomika Ewropea.
L IV — Atti adottati qabel l-1 ta’ Diċembru 2009 skont it-Trattat KE, it-Trattat UE u t-Trattat Euratom
Din it-taqsima temporanja (illum m’għadhiex fl-użu) tinkludi atti adottati qabel l-1 ta’ Diċembru 2009 skont it-Trattat KE, it-Trattat UE u t-Trattat Euratom.
Klassifikazzjoni
Taħt kull taqsima, l-atti huma kklassifikati skont żewġ kriterji:
(a)
skont it-tip (regolament; direttiva; deċiżjoni);
(b)
imbagħad, jekk ikun hemm bżonn, skont l-ordni tal-pubblikazzjoni
tal-istituzzjonijiet minn fejn ikunu oriġinaw (ara
t-Taqsima 3.4.2):
il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kunsill,
il-Kummissjoni Ewropea,
il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni
Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Qorti tal-Awdituri, eċċ.